About Sedqa
News and Events
Primary Prevention Services
Care Services
Frequently Asked Questions
Information
Downloads
Featured Mini Sites
Web Links
Contact Us
Keyword Search
Blank Space Blank Space Blank Space Blank Space Blank Space
News and Events ArrowLastest News & Press ReleasesBlank Space

Coff Blu ghall-Protezzjoni tat-Tfal
Friday, May 7, 2010

It-tfal ghandhom il-bzonn li jikbru f’ambjent fejn ikunu rispettati u mahbuba, ikollhom id-drittijiet taghhom imharsa, jigu ggwidati fid-decizjonijiet taghhom, u li jkunu meghjuna biex jissawru f’individwi minghajr ma jkunu mahnuqa, waqt li jizviluppaw il-personalità taghhom. Dan hu possibbli permezz ta’ trobbija pozittiva, ’il boghod minn kull tip ta’ abbuz.  

Trobbija pozittiva hi t-tema tal-kampanja nediet llum il-Fondazzjoni ghal Servizzi ta’ Harsien Socjali, Coff Blu ghall-Protezzjoni tat-Tfal, li permezz taghha l-Fondazzjoni trid izzid l-gharfien dwar l-importanza li t-tfal jinghataw trobbija tajba f’ambjent ta’ familja, fejn ikunu mahbuba u stmati. Bhala tifkira tal-Jum ghall-Protezzjoni tat-Tfal, li jigi celebrat f’dati differenti minn diversi pajjizi, jintlibes coff blu bhala simbolu tat-tbengil li hafna tfal isofru minhabba abbuz. L-idea tac-coff blu originat meta fis-sena 1989, nanna Amerikana rabtet coff blu mal-antenna tal-karozza taghha bhala tifkira ghan-neputi taghha, li ta’ tliet snin miet minhabba l-abbuz li kien jghaddi minnu f’idejn missieru.  

Primary school children singing during the activity

Malta qed tfakkar dan il-jum bit-tnedija ta’ din il-kampanja, li permezz taghha rridu nenfasizzaw li hija r-responsabbiltà taghna lkoll li nipprevenu kull abbuz. Permezz tac-coff blu nkunu qed nirrikonoxxu l-impenn taghna kontra dan l-abbuz.  

‘L-ghan taghna hu li nzidu l-kuxjenza li l-abbuz tat-tfal qatt ma ghandu jkun gustifikat u tollerat, u nipprotegu lit-tfal waqt li nghinu lill-familja tibqa’ b’sahhitha.’ Dan qalitu s-Sinjura Sina Bugeja, Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni ghal Servizzi ta’ Harsien Socjali, waqt l-indirizz taghha fil-konferenza stampa fl-iskola Primarja tal-Birgu. ‘Qed naghmlu dan permezz tad-diversi interventi fil-pubbliku dwar ir-rwol tal-genituri u nghaddu informazzjoni li ghandha tghinhom jaghtu trobbija pozittiva lit-tfal, ’il boghod mill-vjolenza u l-abbuz’. Is-Sinjura Bugeja ziedet li ghandu jkun hemm revizjoni ta’ dawk l-aspetti fil-ligi li ghandhom bzonn jitjiebu sabiex nassiguraw li s-socjetà tal-lum tkun kapaci tirrispondi ghal theddid gdid li dejjem qed jizdied.  

Fl-indirizz taghha, s-Sinjura Yvonne Mallia, Direttur Operattiv tal-Agenzija Appogg sahqet fuq il-kura li taghti l-Agenzija lit-tfal u l-familji, specjalment permezz tad-diversi servizzi u programmi fil-komunità. Hi sahqet li l-protezzjoni tat-tfal, specjalment il-harsien mill-abbuz, hu ta’ prijorità ghall-Fondazzjoni, u temmen ukoll li t-tishih tal-familja, aktar kuxjenza fost il-pubbliku kontra l-abbuz, u li wiehed jindirizza l-bzonnijiet tal-komunità, huma l-ahjar modi ta’ prevenzjoni mill-abbuz, jew kif jista’ jitnaqqas ir-riskju ta’ abbuz. Ghalhekk din is-sena l-Agenzija, b’hidma ma’ servizzi ohra fi hdan il-Fondazzjoni, qed tahdem fuq din il-kampanja sabiex tghin lill-genituri jizviluppaw hiliet u jidentifikaw rizorsi li ghandhom bzonn biex jifhmu u jilhqu l-bzonnijiet tat-tfal taghhom u jipproteguhom.  

Kindergarten students performing in front of the attendants

Ghalhekk l-ghan ta’ din il-kampanja hu li niffukaw fuq ir-responsabbiltajiet tal-genituri u kif dawn jistghu jaghtu trobbija pozittiva lit-tfal taghhom – trobbija ffukata fuq l-imhabba, l-inkoraggiment, dixxiplina, kura u ambjent pozittiv, minflok kritika, abbuz u vjolenza li jwasslu lit-tfal biex jikbru insikuri, bla dixxiplina u minghajr kunfidenza u stima lejhom infushom.  

Il-kampanja ser tkun tinkludi numru ta’ interventi fuq il-mezzi tax-xandir, pubblikazzjoni ta’ materjal dwar trobbija pozittiva immirat lejn il-genituri kif ukoll ktejjeb immirat lejn it-tfal dwar l-abbuz, u pubblikazzjoni ta’ artikli u informazzjoni dwar trobbija pozittiva fil-gurnali u rivisti lokali. Dan apparti l-hidma kontinwa matul is-sena specjalment mill-Agenziji Appogg u Sedqa fi hdan il-Fondazzjoni permezz ta’ programmi u interventi fil-komunità, bhal programmi ta’ prevenzjoni fl-iskejjel, korsijiet ta’ parental skills, diskussjonijiet ma’ gruppi ta’ genituri u edukaturi, servizzi li jghinu lill-familja f’sitwazzjonijiet difficli, kif ukoll progetti mmirati li jghinu lill-familja ttejjeb is-sitwazzjoni socjali taghha, il-kapacitajiet, il-livell ta’ edukazzjoni u r-rabtiet taghha ma’ servizzi ohra fil-komunità.  

Prezenti ghat-tnedija kien hemm il-Ministru ghall-Edukazzjoni, Xoghol u l-Familja, l-Onorevoli Dolores Cristina; diversi professjonisti li jahdmu direttament mat-tfal u l-familja, inkluz diversi professjonisti mill-Fondazzjoni ghal Servizzi ta’ Harsien Socjali, mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, mill-qasam tas-sahha u tal-gustizzja; kif ukoll numru ta’ studenti tal-Kullegg Santa Margerita u l-genituri taghhom.  

Kopja tal-fuljett dwar Trobbija Pozittiva jista’ jinkiseb billi taghfas hawn, jew billi wiehed jigbor kopja mill-ufficcji tal-Agenzija Appogg fi G’Mangia u l-Agenzija Sedqa f’Santa Venera.

BulletView All Press Releases and Activities