About Sedqa
News and Events
Primary Prevention Services
Care Services
Frequently Asked Questions
Information
Downloads
Featured Mini Sites
Web Links
Contact Us
Keyword Search
Blank Space Blank Space Blank Space Blank Space Blank Space
News and Events ArrowLastest News & Press ReleasesBlank Space

Agenzija Sedqa tniedi centru gdid ta’ ditossifikazzjoni residenzjali
Friday, June 18, 2010

L-Agenzija Sedqa illum inawgurat centru gdid li ser jilqa’ fih persuni li jkollhom bzonn isegwu programm ta’ ditossifikazzjoni residenzjali jew interventi medici ohra relatati. Dar l-Impenn, l-isem ta’ dan ic-centru gdid fil-kumpless Santa Marija f’Hal Farrug, minn ghada s-Sibt ser jibda’ jilqa’ fih sa 9 klijenti f’hin wiehed, zieda ta’ tliet sodod fuq ic-centru ta’ qablu. Il-klijenti f’Dar l-Impenn isegwu programm intensiv ta’ ditossifikazzjoni minn droga u / jew alkohol, kif ukoll ghal monitoragg u supervizjoni skont il-htigiet personali waqt li jsegwu l-programm ta’ kura taghhom.

L-Agenzija ilha toffri dan is-servizz sa mill-bidu tal-operat taghha, jigifieri ghal dawn l-ahhar sittax-il sena, li matulhom kien hemm diversi tibdiliet, kemm fil-bini kif ukoll fis-servizz li jigi offrut minn dan ic-centru li gie zviluppat skont il-bzonnijiet tal-klijenti matul is-snin.

Fl-indirizz taghha, is-Sinjura Sina Bugeja – Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni ghal Servizzi ta’ Harsien Socjali – irreferiet lejn dan il-progett bhala xhieda ohra tal-impenn tal-Fondazzjoni, din id-darba fil-provvediment ta’ servizzi ta’ kura lil persuni li jkunu qed jiffaccjaw problemi ta’ abbuz ta’ sustanzi. ‘Ir-responsabbiltà taghna lejn il-klijenti u lejn il-familjari taghhom tirrikjedi li naghtu dejjem l-ahjar servizz possibbli, ninvestu rizorsi u nallokaw il-professjonisti necessarji biex jintlahqu l-htigijiet tal-klijenti, waqt li nindirizzaw ukoll il-bzonn ta’ sapport lill-familjari sabiex is-servizz li jinghata jkun dawk holistiku.’

Waqt it-tberik tal-bini l-gdid ta’ Dar L-Impenn

Jesmond Schembri, id-Direttur tal-Operat tal-Agenzija Sedqa qal li kien ilu jinhass il-bzonn li dan is-servizz jigi trasferit ghal post ikbar u dan mhux biss biex tizdied l-efficjenza izda wkoll biex kemm il-klijenti u wkoll l-istaff jgawdi minn post aktar dinjituz.  Hu rringrazzja pubblikament kemm lill-istaff ta’ Dar l-Impenn kif ukoll lill-bqija tal-istaff tal-Agenzija Sedqa.  Hu tenna li biex jinghata servizz tal-aqwa kwalità hu ferm importanti li s-servizzi tal-Agenzija jkunu bhal katina fejn is-sahha tinsab fil-kontinwità u mhux fil-holoq individwali.


Dan ic-centru, li jopera fuq bazi ta’ 24 siegha kuljum, jinvolvi s-servizzi ta’ staff professjonali li jinkludi care workers u infermiera, waqt li l-klijent ikollu wkoll is-servizz ta’ tobba u psikjatri skont il-htiega. Matul dan il-perjodu il-klijenti jibqghu jigu mghejjuna wkoll minn social workers bil-ghan li jippjanaw ahjar iz-zmien wara li jhallu Dar l-Impenn, fosthom il-possibilità li jsegwu programm ta’ rijabilitazzjoni.  Il-bini l-gdid, minbarra l-kmamar tas-sodda, issa jinkludi wkoll staff room, kcina u kamra tal-pranzu spazjuzi, klinika u counseling room, kif ukoll gnien spazjuz ghall-uzu tal-klijenti matul iz-zmien li huma jaghmlu f’Dar l-Impenn. Saret hidma intensiva fl-ippjanar tal-post sabiex il-klijenti jkollhom ambjent dinjituz li jghinhom matul il-perjodu ta’ ditossifikazzjoni, biex ikunu jistghu jaghmlu dan bl-aktar kumdità possibbli u ghalhekk b’aktar cans li l-programm ta’ kura mhejji ghalihom jirnexxi.

Bejn Jannar u Dicembru 2009, kien hemm 234 klijent (189 ragel u 45 mara) li ghamlu perjodu ta’ zmien f’Dar l-Impenn, b’kull programm ikun ta’ medja ta’ 6 ijiem. 50% ta’ dawn il-klijenti kellhom bejn l-20 u d-29 sena. Peress li Dar l-Impenn hu l-uniku centru ta’ dan it-tip f’Malta, jilqa’ fih mhux biss klijenti li jkunu qed isegwu programmi fil-komunità, ditossifikazzjoni jew xi servizz iehor tal-Agenzija Sedqa, imma jilqa’ wkoll klijenti referuti minn agenziji u entitajiet ohra li jahdmu fil-qasam, bhall-OASI u l-Caritas Malta.  

Prezenti ghal din it-tnedija kien hemm il-Manigment u diversi impjegati tal-Agenzija Sedqa, b’mod partikolari dawk li jaghtu s-servizz taghhom f’Dar l-Impenn, u rapprezentanti ta’ Caritas Malta u OASI. Il-Ministru kixfet plakka kommemorattiva u giet ipprezentata wkoll b’tifkira tal-okkazjoni mill-klijenti tal-Agenzija Sedqa.  

BulletView All Press Releases and Activities