|
Azzjoni Ewropea fuq ponot subghajk
Friday, July 2, 2010
Il-prevenzjoni tal-kriminalità relatata mad-droga mwettqa minn zghazagh sejra tkun it-tema principali tal-avveniment annwali tal-Azzjoni Ewropea dwar id-Drogi (EAD), li sejjer jigi organizzat fi Brussell fil-25 ta’ Gunju 2010, fil-Bini Charlemagne tal-Kummissjoni (Kamra Lord Jenkins/170, rue de la Loi, 1049 Brussell fid-9.30 a.m.) taht l-awspici ta’ Viviane Reding, vici-president tal-Kummissjoni Ewropea.
L-EAD, li tnediet is-sena l-ohra biex tikkontribwixxi ghall-Jum Dinji kontra d-Droga tan-NU (26 ta’ Gunju), hija kampanja li ghandha l-ghan li tqajjem l-gharfien fuq ir-riskji relatati mat-tehid tad-droga.
L-avveniment annwali jressaq lejn Brussell nies, xi whud minnhom famuzi, li huma involuti b’mod specifiku fit-tehid ta’ azzjoni kontra d-drogi fl-ambjent taghhom stess. Il-partecipanti sejrin jiddiskutu progetti mmirati lejn it-twissija lill-pubbliku, b’mod partikolari lil gruppi vulnerabbli dwar ir-riskji relatati mal-involviment f’attivitajiet illegali.
Personalitajiet mid-dinja tal-isport, tad-divertiment u tal-midja sejrin jaqsmu l-esperjenzi taghhom fuq id-drogi fl-avveniment tal-EAD u sejrin jiffirmaw weghdiet sabiex jiehdu azzjoni specifika biex jimpedixxu kriminalità relatata mad-droga. Il-kantant rap Taljan, Alessandro White, sejjer ikanta kanzunetta li kiteb huwa stess apposta ghall-okkazjoni. Il-kantant huwa attivista energetiku kontra d-drogi, li qieghed jaghmel hiltu biex jikkonvinci liz-zghazagh f’vicinati foqra f’Ruma biex ma jihdux droga.
Il-gurnalista Pollakk u ex-dipendenti fuq id-droga, Max Cegielski, Ion Vlad Oncescu, campjin tad-Dinja u Ewropew ghal aktar minn darba fl-arm wrestling mir-Rumanija u Daniel Depienne, kantant mil-Lussemburgu, sejrin huma wkoll jaghtu xhieda u jiffirmaw impenni ghall-azzjoni.
F’messagg fuq vidjow, Viviane Reding sejra tenfasizza li “B’madwar 2 miljun persuna li taghmel uzu mid-droga u li tohloq problemi fl-Unjoni Ewropea, ghandna assolutament inzidu l-gharfien fost gruppi vulnerabbli, b’mod specjali fost iz-zghazagh, dwar ir-riskji meta jiehdu d-droga”, u b’hekk tilqa’ l-avveniment u l-isforzi maghmula mill-firmatarji tal-EAD. "Li tkun Ewropew tfisser li tghix fil-libertà, madankollu, il-libertà ghandha prezz: tissejjah responsabbiltà personali. L-Ewropa tghid le ghad-droga, u intom l-ambaxxaturi li qeghdin tippromwovu dan il-messagg b’mod pozittiv, minghajr ma timmoralizzaw, tistigmatizzaw jew tappellaw ghall-htija”, sejra tenfazizza.
Ghoxrin partecipant sejrin jiffirmaw weghdiet godda ta’ impenn f’azzjonijiet specifici sabiex jimpedixxu l-uzu tad-droga f’komunitajiet f’riskju. Dawn jinkludu Sewwieqa Zghazagh Responsabbli mill-Belgju, l-iskola Ernst-Schering minn Berlin fil-Germanja, is-servizz ta’ prevenzjoni tal-vizzji ghall-impjegati tal-kumpanija tal-ferroviji Franciza SNCF, ic-Centru taz-Zghazagh ta’ Sjakket fid-Danimarka, u Elizabeth Burton, ghalliema Brittannika u awtrici tal-ktieb “Mum, Can You Lend Me Twenty Quid?”, li fih tipprezenta l-istorja ta’ binha, li miet b’kawza ta’ abbuz mid-droga fi Frar 2004. Barraminhekk, xi whud mill-firmatarji tas-sena li ghaddiet sejrin jirrapportaw dwar l-azzjonijiet li hadu sabiex jonoraw l-impenji taghhom.
Jonathan Faull, id-Direttur Generali ghall-Gustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea sejjer jikkonkludi l-avveniment.
 View All Press Releases and Activities
|